top of page

francesco grech

kitba u noti

Works

proġetti

1FC1E28D-9346-4C84-9B83-E30DFE3FBDEA.jpeg
Copy of S A N T W A R J I_edited.png
IMG_1881.png
978E714B-00C9-4788-A4E9-AD765976FF2B.jpeg
EEF1A34D-0483-4FAF-B7D6-38CAEEBC9FCF.jpeg
94D8CD3C-0FCA-442E-BDD4-2C2686EDB81F.jpeg
48FCB455-8AEC-454B-B378-454D67865739.jpeg
Bio
Marble Surface

reviews

Kissirni u bnieni. Lon Kirkop

​

Dan ktieb politiku. Prof. Andrew Azzopardi

​

Onest u bla kantunieri. Clayton Mercieca

​

Weħilt miegħu, weħel miegħi. Simone Azzopardi

​

F'dan il-ktieb l-awtur jitgħarwen. Dr. Michael Spagnol

​

Qatt ma qrajt xi ħaġa daqshekk taqta'. Antoinette Borg

​

Poeżiji li jitqallbu bejn iċ-ċensura u ċ-ċesura. Leanne Ellul

​

Kibiet li għandna bżonnhom daqs l-ossiġnu. Noel Tanti

​

2022 no. 1 Bestseller

Merlin Publishers
KOLLOX JEĦEL MAGĦNA

The element I enjoyed most in this production was the excellent music by Francesco Grech … this was much more than a series of musical interludes but a veritable musical score underlining the various scenes and giving the whole piece an evocative musical backdrop on which the various scenes unfolded. This must rank as one of the best use of live music in a local theatre production I have witnessed …

​

Jess Camilleri

Times of Malta

2017 Musical Production

Studio 18
DEAR PETE

dwari

AP9_9176_BW.jpeg

Francesco Grech huwa poeta u prattikant kulturali Malti minn Għawdex. Permezz tal-kitba, l-arti viżiva, il-ħoss u prattiċi parteċipattivi, huwa jesplora l-memorja, l-identità, l-ispostament u r-relazzjonijiet bejn il-bniedem u l-post. Il-prattika tiegħu tistaqsi dejjem aktar x’jiġri meta l-poeżija titbiegħed mill-kliem u tieħu sura permezz ta’ materjali, ġesti u esperjenzi maqsuma mal-oħrajn.

​

Huwa l-awtur ta’ Kollox Jeħel Magħna (2022), ktieb ta’ poeżija kwir li sar bestseller f’Malta, u ix-xita tinżel rasha ’l isfel (2025), it-tnejn ippubblikati minn Merlin Publishers. Ix-xogħol tiegħu Santwarji (2025) esplora r-relazzjoni bejn il-ġisem, il-memorja u t-trawma. Fl-2026, waqt ir-residenza MEDSEA ta’ Larnaka 2030 f’Ċipru, huwa żviluppa Il-Lumi Jagħmel il-Ward flimkien ma’ membri mill-komunità. Ix-xogħol wassal il-poeżija lil hinn mill-kliem, permezz tat-togħma, ir-riħa, it-tpinġija, il-ħoss u t-tama kollettiva.

​

Flimkien mal-prattika artistika tiegħu, Francesco jaħdem fl-istrateġija kulturali u fl-iżvilupp ta’ programmi artistiċi. Huwa kien membru tat-Tim Artistiku li żviluppa l-kandidatura rebbieħa ta’ Victoria31 għat-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031. Huwa wkoll membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Entertainment Industry and Arts Association.

Francesco għandu żewġ Masters, wieħed fil-Letteratura u ieħor fl-Immaniġġjar tal-Arti u l-Kultura. Huwa Salzburg Global Fellow, wara li fl-2023 ħa sehem fil-programm Artists at Risk tas-Salzburg Global Seminar.

In The Press

avvenimenti

No events at the moment

News and Events
Marble Surface

kuntatt

Mob: 99091092 Email: fgpavia@gmail.com

Ikteb l-email tiegħek hawn taħt jekk jinteressak tikkollabora miegħi fuq xi proġett

Inkellmek daqt :) Grazzi!

Segwini:

  • Facebook
  • Instagram
Contact

© 2026 francesco grech

bottom of page