

reviews
Kissirni u bnieni. Lon Kirkop
Dan ktieb politiku. Prof. Andrew Azzopardi
Onest u bla kantunieri. Clayton Mercieca
Weħilt miegħu, weħel miegħi. Simone Azzopardi
F'dan il-ktieb l-awtur jitgħarwen. Dr. Michael Spagnol
Qatt ma qrajt xi ħaġa daqshekk taqta'. Antoinette Borg
Poeżiji li jitqallbu bejn iċ-ċensura u ċ-ċesura. Leanne Ellul
Kibiet li għandna bżonnhom daqs l-ossiġnu. Noel Tanti
2022 no. 1 Bestseller
Merlin Publishers
KOLLOX JEĦEL MAGĦNA
The element I enjoyed most in this production was the excellent music by Francesco Grech … this was much more than a series of musical interludes but a veritable musical score underlining the various scenes and giving the whole piece an evocative musical backdrop on which the various scenes unfolded. This must rank as one of the best use of live music in a local theatre production I have witnessed …
Jess Camilleri
Times of Malta
2017 Musical Production
Studio 18
DEAR PETE
dwari

Francesco Grech huwa awtur, kompożitur u strateġista kulturali mir-Rabat, Għawdex. Huwa għandu żewġ Masters fil-Letteratura u fl-Arti u l-Kultura mill-Università ta’ Malta u Ruma. Ix-xogħol tiegħu jinkludi teatru u mużika, b’produzzjonijiet oriġinali bħal Dun Ġorġ, Dar ir-Rummien, Limbo, u Dear Pete imtellgħin f’Għawdex, Malta u l-Italja.
Fl-2022 ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu Kollox Jeħel Magħna, segwit minn ix-xita tinżel rasha’l isfel fl-2025, it-tnejn ippubblikati minn Merlin Publishers. Ħa sehem ukoll f’kollaborazzjonijiet internazzjonali, fosthom ma’ Cristobal Gabarron fuq xogħol maħluq fuq is-sit tat-Tempji tal-Ġgantija, u ġie magħżul għall-programm Artists at Risk mis-Salzburg Global Seminar fl-2023.
Barra mill-ħidma artistika tiegħu, Francesco huwa attiv fil-qasam tal-politika kulturali u tmexxija. Huwa nieda l-ewwel festival letterarju għal Għawdex b’kollaborazzjoni ma’ Inizjamed, mexxa l-applikazzjoni biex Għawdex ikun ir-Reġjun Gastronomiku Ewropew 2026, u bħalissa jmexxi s-settur tal-Letteratura fi ħdan MEIA. Huwa wkoll parti mit-tim artistiku li qed jaħdem fuq il-bid għal Għawdex bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031.
avvenimenti







